Luminous Kindness – Imnedija l-pubblikazzjoni uffiċjali taż-żjara tal-Papa f’Malta
29/06/2022L‑Arċisqof Charles Scicluna nieda l‑pubblikazzjoni uffiċjali tal‑Vjaġġ Appostoliku tal‑Papa Franġisku f’Malta. Din tinkludi sensiela ta’ ritratti mill‑isbaħ li saru waqt din iż‑żjara li saret fit‑2 u t‑3 ta’ April.
Il‑ktieb ġie ppubblikat minn Beacon Media Group, il‑kumpanija li tiġbor fi ħdanha lil Newsbook, 103 Malta’s Heart u Media Centre. B’168 paġna, il‑ktieb bl‑isem Luminous Kindness jinkludi wkoll id‑diskorsi u t‑talb li sar waqt iż‑żjara tal‑Papa f’għadd ta’ postijiet f’Malta u Għawdex… Kompli aqra »