Iż-Żjara tal-Papa

Il-Papa f’Għawdex: Intom teżor fil-Knisja u għall-Knisja

L-omelija tal-Papa Franġisku waqt il-laqgħa ta' talb f'Għawdex

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex

Ħdejn is-salib ta’ Ġesù hemm wieqfa Marija u Ġwanni. L-Omm li tat id-dawl lill-Iben ta’ Alla hi mnikkta għall-mewt tiegħu waqt li d-dlamijiet qed jaħkmu fuq id-dinja; id-dixxiplu l-maħbub, li kien ħalla kollox biex jimxi warajh, issa jinsab wieqaf f’riġlejn l-Imgħallem mislub. Kollox jidher mitluf, kollox jidher spiċċa darba għal dejjem. U waqt li jitgħabba bil-ġrieħi tal-bnedmin kollha, Ġesù jitlob: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” (Mt 27:46; Mk 15:34)… Kompli aqra »

Ir-rigali li ngħataw matul iż-żjara appostolika s-Sibt

Ir-rigali mogħtija mill-Papa Franġisku lill-President ta’ Malta, Dr George Vella u lis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu

Il-midalja mogħtija mill-Papa Franġisku lill-President ta’ Malta, Dr George Vella

Il-midalja turi l-istatwa ta’ San Pawl tal-Katidral tal-Mdina. F’riġlejh, hemm il-lifgħa li ħarġet min-nar u gidmitlu idu mingħajr ma kkaġunatlu ebda ħsara. Fuq ix-xellug tal-munita hemm il-koppla tal-Katidral ta’ Malta, li lil hinn minnha hemm veduta tal-gżira… Kompli aqra »

Tliet esperjenzi ta’ fidi mis-Santwarju Ta’ Pinu

Testimonjanzi minn Għawdex

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex

Testimonjanza ta’ Sandi u Domenic Apap

Sandi: Santità, jiena Sandi u żewġi Domenic ilna miżżewġin 29 sena, wara tliet snin ta’ għerusija. Wara sena l-Mulej irregalalna tarbija, Nicole, li ftit tal-ġimgħat ilu għamlitna nanniet meta flimkien ma’ żewġha Christian tawna liċ-ċkejkna Thea.

Ta’ 23 sena, meta kien ilna biss 4 snin miżżewġin, jiena ġejt djanjostikata b’multiple sclerosis. Minn dakinhar ’il quddiem ħajjitna bdiet tinbidel, u aktar ma beda għaddej iż-żmien u s-sintomi ta’ din il-kundizzjoni bdew jiżdiedu, aktar ċertu ħolm taż-żgħożija beda jisfa fix-xejn… Kompli aqra »

L-Isqof Teuma lill-Papa: Għinna nitolbu biex il-ftehim u l-ferħ tal-kondiviżjoni jitqiesu aktar importanti mill-gwadann fil-familji tagħna

Merħba lill-Papa Franġisku mill-Isqof t'Għawdex

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex

Diskors ta’ Merħba minn Mons. Anton Teuma, Isqof t’Għawdex

Santità,

Nagħtuk merħba fil-gżira tagħna, gżira żgħira imma b’qalb kbira. Nilqgħuk f’darna u f’dar Ommna, is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

Madwarek illejla hawn miġbura rappreżentanza ta’ din il-Knisja lokali. Hi Knisja li għandha għeruq profondi fl-istorja. Hawn fostna tfal, adolexxenti u żgħażagħ. Hawn il-familji li ħafna minnhom huma impenjati fil-pastorali u membri ta’ gruppi u assoċjazzjonijiet ekkleżjali… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku f’Malta: L-impenn biex jintemmu l-illegalità u l-korruzzjoni għandu jkun qawwi bħar-riħ li jnaddaf il-kosta tal-pajjiż

Diskors tal-Papa Franġisku lill-Awtoritajiet, is-Soċjetà Ċivili u l-Korp Diplomatiku

  Il-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta

Il-Messaġġ tal-Papa Franġisku

Sur President tar-Repubblika,
Membri tal-Gvern u tal-Korp Diplomatiku,
Awtoritajiet distinti reliġjużi u ċivili,
Rappreżentanti distinti tas-soċjetà u tad-dinja tal-kultura,
Sinjuri!

Insellmilkom minn qiegħ qalbi u rrodd ħajr lis-Sur President għall-kliem ta’ kortesija li indirizzali f’isem iċ-ċittadini kollha. L-antenati tagħkom kienu laqgħu b’qalb kbira lill-Appostlu Pawlu hu u sejjer lejn Ruma, u mxew miegħu u ma’ dawk li kienu jivvjaġġaw miegħu “bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2); issa, li ġejt minn Ruma, qed inġarrab jiena wkoll il-laqgħa ħerqana tal-Maltin, teżor li dan il-pajjiż baqa’ jiret minn ġenerazzjoni għal oħra… Kompli aqra »