• Fl-okkażjoni tas-solennità tal-Qaddisin kollha u t-Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra l-Quddies li ser isir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Is-Sibt l-1 ta’ Novembru 2014, Solennità tal-Qaddissin kollha, l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fit-8.30 a.m., filwaqt li l-għada, l-Ħadd 2 ta’ Novembru, l-Għid tal-Imwiet, l-Isqof ser jiċċelebra Quddiesa li tibda fid-9.15 a.m.

    Fid-9 ta’ Novembru, Jum it-Tifkira, Mons. Charles Scicluna ser imexxi Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fid-9.15 a.m.

    Dakinhar, l-Isqof Scicluna ser imexxi wkoll konċelebrazzjoni solenni fil-Knisja ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, li fiha se jiġu ordnati ħames djakni. Il-Quddiesa tibda fis-6 p.m.

    Fit-23 ta’ Novembru, l-aħħar Ħadd tas-Sena Liturġika, l-Knisja tiċċelebra s-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu. Il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet li jwasslu għal din il-festa jitħabbru aktar ‘l quddiem.