Matul ix-xahar ta’ April, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fid-9:30am mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid-9:30am tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-knejjes:

Il-Ħamis 7 ta’ April, fil-5pm, Monsinjur Arċisqof iqarar u wara jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni taż-żjara tar-relikwa tal-Madonna tad-Dmugħ, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

Il-Ġimgħa 8 ta’ April, Jum id-Duluri, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Din tixxandar fuq TVM.

Il-Ħadd 10 ta’ April, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.

It-Tnejn 11 ta’ April, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Knisja Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.

Il-Ħamis 14 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fis-6pm, l-Arċisqof imexxi l-Quddiesa fit-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej u wara ħin qasir ta’ adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Dawn jixxandru fuq TVM u TVMNews+.

Il-Ġimgħa 15 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum, fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Din tixxandar fuq TVM. Fit-3:30pm, Monsinjur Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Is-Sibt 16 ta’ April, Sibt il-Għid, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum, fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Fit-8pm, Monsinjur Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Dawn jixxandru fuq TVM u TVMNews+.

Il-Ħadd 17 ta’ April, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.

It-Tlieta 19 ta’ April, fis-7pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-100 sena mill-miġja tal-istatwa titulari tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija, fil-Knisja Parrokkjali, l-Imġarr.

L-Erbgħa  20 ta’ April, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-knisja parrokkjali l-qadima ta’ Santa Katarina, magħrufa bħala l-Knisja ta’ San Girgor,
iż-Żejtun, fil-festa ta’ San Girgor. Din tixxandar fuq TVM.

Il-Ġimgħa 29 ta’ April, fis-6pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-parteċipanti tad-Delegazzjoni Nazzjonali għall-Katekeżi, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Is-Sibt 30 ta’ April, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-ordinazzjoni djakonali ta’ ħames djakni ġodda, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.