Matul ix-xahar ta’ Lulju, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l-quddies ta’ matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt

Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30 a.m., mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid-9:30 a.m., tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-knejjes:

Il-Ħadd 2 ta’ Lulju, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103.  

It-Tlieta 11 ta’ Lulju, fid-9:30 a.m., fis-solennità ta’ San Benedittu, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-knisja ta’ San Pietru fil-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini, l-Imdina. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.com.mt.  

L-Erbgħa 12 ta’ Lulju, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-Ħadd 16 ta’ Lulju, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Ħadd mill-Knisja ta’ Massimiljanu Kolbe, il-Qawra. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103. Fis-6:00 p.m., jiċċelebra quddiesa tal-festa mis-Santwarju tal-Karmnu, il-Belt Valletta.

Is-Sibt 22 ta’ Lulju, fis-7:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Luke Cutajar bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta’ Marsaskala, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Marsaskala. 

Il-Ħadd 23 ta’ Lulju, fid-9:30 a.m., fil-festa ta’ San Kalċidonju, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Ħadd mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103. Din il-quddiesa hija miftuħa għall-pubbliku.