Matul ix-xahar ta’ Marzu, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l-quddies ta’ matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. 

Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar: 

  • Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30 a.m., mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. 
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid-9:30 a.m., tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. 

F’dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-knejjes: 

L-Erbgħa 1 ta’ Marzu, 6:30 p.m. Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. 

Il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu fis-7:00 p.m., Mons. Arċisqof imexxi ċelebrazzjoni għal dawk kollha li jieħdu sehem fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. 

Il-Ħadd 5 ta’ Marzu, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd mill-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija fil-Gudja. Wara jiltaqa’ mal-parruċċani. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103

It-Tnejn 6 ta’ Marzu fis-6:00 p.m. Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa li matulha jirċievi l-wegħda taċ-ċelibat tas-seminaristi li ser jiġu ordnati djakni, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. 

It-Tlieta 7 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca (li miet fil-21 ta’ Marzu 2016) fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. 

L-Erbgħa 8 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-60 anniversarju mill-inkurunazzjoni tal-istawa ta’ San Ġużepp, fis-Santwarju ta’ San Ġużepp, ir-Rabat. 

Il-Ħadd 12 ta’ Marzu, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd u jmexxi l-ewwel skrutinju tal-katekumeni fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi. Wara jiltaqa’ mal-parruċċani. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103

Il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu fis-6:00 p.m., Mons. Arċisqof imexxi l-pellegrinaġġ tar-Redentur u wara jiċċelebra quddiesa fil-Bażilika tat-Twelid ta’ Sidtna Marija (il-Bambina), l-Isla 

Is-Sibt 18 ta’ Marzu fid-9:30 a.m. Mons. Arċisqof jikkonċelebra man-Nunzju Appostoliku Mons. Hon Tai-Fai fil-quddiesa fl-10 anniversarju mill-ħatra tal-Papa Franġisku, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. 

Il-Ħadd 19 ta’ Marzu, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd mill-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura. Wara jiltaqa’ mal-parruċċani. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103. Fis-6:30 p.m. jiċċelebra quddiesa fil-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. 

Is-Sibt 25 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-Kattoliċi mhux Maltin fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. 

Il-Ħadd 26 ta’ Marzu, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd mill-Knisja Arċipretali ta’ San Filep ta’ Aġira, Ħaż-Żebbuġ. Wara jiltaqa’ mal-parruċċani. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103

Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu, fid-9:30 a.m f’Jum id-Duluri, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103. Fis-6:00 p.m. l-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ nazzjonali bl-istatwa tad-Duluri, li jibda mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta.