Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
- Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, Facebook u YouTube.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
It‑Tnejn 1 ta’ Novembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha u jilqa’ uffiċjalment żewġ seminaristi bħala kandidati għas‑saċerdozju, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
It‑Tlieta 2 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin Kollha, fil‑Knisja tal‑Erwieħ, Ħal Tarxien, u wara jbierek iċ‑ċimiterju madwar din il‑knisja. Din tixxandar fuq TVM.
Il‑Ħamis 4 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑75 anniversarju tal‑iskola St Michael, fl‑iskola stess f’Santa Venera. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha Fra Francis Vassallo jagħmel il‑professjoni perpetwa fl‑Ordni ta’ San Ġwann, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il‑Ġimgħa 5 ta’ Novembru, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑istudenti tal‑Iskola San Anton, fis‑Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara.
Is‑Sibt 6 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑istudenti tal‑Iskola San Anton, fis‑Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jikkonċelebra fil‑quddiesa li fiha ssir l‑investitura tal‑Ordni Ekwestri tas‑Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il‑Ħadd 7 ta’ Novembru, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Kappella tal-Madonna tal-Karmnu fiċ-Ċimiterju tas-Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Filep, Ħaż‑Żebbuġ, fil‑bidu tal‑ħidma pastorali tal‑arċipriet il‑ġdid Dun Albert Buhagiar.
It‑Tlieta 9 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għal ruħ isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi li ħallew din id‑dinja, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.
L‑Erbgħa 10 ta’ Novembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Is‑Sibt 13 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kolleġġjata Bażilika ta’ San Pawl, ir‑Rabat, fil‑bidu tal‑ħidma pastorali tal‑arċipriet il‑ġdid Dun Joseph Mizzi.
Il‑Ħadd 14 ta’ Novembru, Jum it‑Tifkira, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara.
Is‑Sibt 20 ta’ Novembru, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha ssir il‑konsagrazzjoni tal‑artal, fil‑kappella mal‑kunvent tas‑Sorijiet Agostinjani, Ħal Qormi.
Il‑Ħadd 21 ta’ Novembru, Solennità ta’ Sidna Ġesù Kristu Sultan tal‑Ħolqien Kollu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun. Din tixxandar fuq TVM. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑Tieni Għasar fil‑Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
It‑Tnejn 22 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, fejn wara ssir il‑gradwazzjoni tal‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.
Il‑Ħamis 25 ta’ Novembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑MCAST, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il‑Ġimgħa 26 ta’ Novembru, fis‑7:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑40 anniversarju tal‑Mensija Circle Catenian Association, fil‑Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema.
Is‑Sibt 27 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal‑impjegati u l‑voluntiera ta’ Radju Marija fil‑Kappella tas‑Seminarju, Tal‑Virtù, ir‑Rabat u wara jbierek tliet xogħlijiet artistiċi ġodda, fil‑Kappella ta’ Radju Marija.
Il‑Ħadd 28 ta’ Novembru, l-ewwel Ħadd tal-Avvent, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd li tixxandar fuq TVM. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kolleġjata tal‑Immakulata Kunċizzjoni, Bormla.
It-Tnejn 29 ta’ Novembru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għal ruħ l-Isqof Annetto Depasquale, fl-għaxar anniversarju mill-mewt tiegħu, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.