Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m., mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m., tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

It‑Tlieta 1 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal‑Qaddisin Kollha u jagħti l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil żewġ seminaristi, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

L‑Erbgħa 2 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għall‑mejtin kollha mill‑Kappella taċ‑Ċimiterju tar‑Resurrezzjoni, Ħal Qormi.

Il‑Ġimgħa 4 ta’ Novembru, fis‑6:30 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Denis Schembri fil‑Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema.

Is‑Sibt 5 ta’ Novembru, fl‑10:30 a.m., Mons. Arċisqof imexxi ċ‑ċerimonja tal‑investitura tal‑Ordni tal‑Ekwestriju tas‑Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm u wara jiċċelebra quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Fis‑6:30 p.m., jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti fil‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar.

Il‑Ħadd 6 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum l‑Uffiċjali Korrettivi ta’ Kordin fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM. Wara jattendi għal ċelebrazzjoni ta’ radd il‑ħajr b’tifkira tar‑Reġina Eliżabetta II, fil‑Pro‑Katidral ta’ San Pawl, il‑Belt Valletta fl‑10:30 a.m. Fl‑4:30 p.m., jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti fil‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar.

It‑Tlieta 8 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għal ruħ isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi mejtin, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Is‑Sibt 12 ta’ Novembru, fl‑4:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti fil‑Bażilika  ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Il‑Ħadd 13 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum it‑Tifkira, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM. Fl‑4:30 p.m., jiċċelebra quddiesa fejn l‑adolexxenti mill‑parroċċa tan‑Naxxar (żona Sgħajtar) jirċievu s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof.

It‑Tnejn 14 ta’ Novembru, fis‑7:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr mal‑gradwati l‑ġodda tal‑MCAST, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Is‑Sibt 19 ta’ Novembru, fis‑7:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑okkażjoni tal‑attività taż‑żgħażagħ parti mill‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ, fil‑Knisja ta’ San Franġisk, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħadd 20 ta’ Novembru, fid‑9:00 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑kappella tal‑Università ta’ Malta fil‑ftuħ tal‑Fun Run tal‑President. Din tixxandar fuq TVM. Fil‑5:00 p.m., jiċċelebra l‑Għasar u l‑Barka Sagramentali fil‑festa ta’ Kristu Re, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

It‑Tnejn 21 ta’ Novembru, fis‑6:30 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑preżentazzjoni tal‑Madonna, fil‑Kunvent tas‑Sorijiet Agostinjani, fil‑Belt Valletta.

Il‑Ħamis 24 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa flimkien mal‑impjegati fil‑Freeport f’Birżebbuġa. Din tixxandar fuq TVM. Fis‑6:30 p.m., jiċċelebra quddiesa fl‑għaxar anniversarju mill‑ordinazzjoni episkopali tiegħu fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Il‑Ġimgħa 25 ta’ Novembru, fis‑6:30 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa ta’ Santa Katerina tal‑parroċċa taż‑Żejtun u wara jbierek il‑paviment tal‑oratorju.

Is‑Sibt 26 ta’ Novembru, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti mill‑parroċċa ta’ Sant’Elena Birkirkara.

Il‑Ħadd 27 ta’ Novembru, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑parroċċa ta’ Ħ’Attard. Din tixxandar fuq TVM. Fis‑6:30 p.m., jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti mill‑parroċċa ta’ Sant’Elena Birkirkara.