Matul ix-xahar ta’ Settembru, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l-quddies ta’ matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30am, tiġi ċċelebrata quddiesa li tixxandar fuq TVM, mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid-9:30am, tiġi ċċelebrata quddiesa li tixxandar fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju 103, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-knejjes:

Is-Sibt 9 ta’ Settembru, fis-6pm, fil-festa tal-Madonna tal-Konsolazzjoni, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat.

Il-Ħadd 10 ta’ Settembru, fid 9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Knisja Parrokkjali Marija Reġina, il-Marsa, fejn wara jiltaqa’ mal-parruċċani. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103.

Il-Ħamis 14 ta’ Settembru, fid-9:30am, fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-kappella tal-Isptar Mater Dei, l-Imsida. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Is-Sibt 16 ta’ Settembru, fis-6pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal-pazjenti tal-fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.

Il-Ħadd 17 ta’ Settembru, fid 9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Knisja tad-Duluri, il-Ħamrun. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103. Fil-5:30pm jiċċelebra quddiesa bil-voti perpetwi ta’ Uzma Emmanuel mill-ordni Franġiskana tal-Qalb ta’ Ġesù, fil-Knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, l-Imsida.

Il-Ħamis 21 ta’ Settembru, fid-9:30am, f’Jum l-Indipendenza, Mons. Arċisqof jiċċelebra pontifikal statali mill-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Dan jixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103.

Il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru, fis-6:30pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa lejlet il-festa ta’ Padre Pio ta’ Pietrelcina mill-Knisja ta’ Sant’Antnin, f’Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.

Il-Ħadd 24 ta’ Settembru, fid 9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, l-Imsida. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru, fis-6:30pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa ta’ San Mikiel, mill-Knisja tas-Salib Imqaddes (tal-Kapuċċini), il-Furjana.