Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
- Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
Il‑Ħadd 11 ta’ Ġunju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) mill-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑quddiesa tkompli bil‑purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal-Belt. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju, fis‑6:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa bl-ordinazzjoni ta’ Jean Paul Mutumbo fl-Oratorju tas-Salesjani, Tas-Sliema. Din tixxandar fuq knisja.mt, u Newsbook.com.mt.
Il‑Ħadd 18 ta’ Ġunju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Ħadd mill-Knisja Parrokkjali tal-Imsida. Wara ssir il-laqgħa mal-parruċċani. Din tixxandar fuq knisja.mt, u Newsbook.com.mt. Fis-6:00 p.m. jiċċelebra quddiesa bil-griżma tal-isqof lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.
Is-Sibt 24 ta’ Ġunju, fil-5:00 p.m. Mons. Arċisqof imexxi traslazzjoni solenni bl‑Ewwel Għasar u wara jiċċelebra quddiesa lejlet il‑festa tat‑twelid ta’ San Ġwann il‑Battista, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il‑Ħadd 25 ta’ Ġunju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra pontifikal fil‑festa tat‑Twelid ta’ San Ġwann Battista, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.
It-Tnejn 26 ta’ Ġunju, fis-6:00p.m. Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa flimkien ma’ grupp ta’ saċerdoti li qed ifakkru l‑25 sena mill‑ordinazzjoni saċerdotali tagħhom, fl-Oratorju tal-MSSP, Birkirkara.
Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju, fid‑9:30 a.m., fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl, Mons. Arċisqof jiċċelebra pontifikal fis‑Solennità tal‑Martirju ta’ San Pietru u San Pawl, bis‑sehem tal‑Kapitlu Metropolitan fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju, fis-6:30 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit-30 anniversarju mit-twaqqif tal-kunsilli lokali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.