Il-Ħadd 9 ta’ Frar 2020, lejlet il-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil‑5:15pm, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi t-Traslazzjoni Solenni tar-Relikwa u l-Ewwel Għasar Solenni, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.
It-Tnejn 10 ta’ Frar, fid‑9am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.
L-Erbgħa 26 ta’ Frar, Ras ir-Randan, fil‑11am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa, fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.