-
-
Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2019, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jbierek il-Kurċifiss Ta’ Ġieżu, fil-Knisja ta’ Santa Marija Ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta.
Il-Ħadd 5 ta’ Mejju, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‐festa ta’ San Publiju, il‐Furjana. Fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Dun Joseph Grech bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ Ħ’Attard.
It-Tnejn 6 ta’ Mejju, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jirċievi l-wegħda taċ-ċelibat ta’ ħames seminaristi li ser jiġu ordnati djakni, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.
Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-275 sena mid-dedikazzjoni tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun.
Is-Sibt 11 ta’ Mejju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-Ħadd 12 ta’ Mejju, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jordna ħames seminaristi fl-ordni tad-djakonat, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.
It-Tnejn 13 ta’ Mejju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li tinkludi s-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Kulleġġ Santa Tereża Skola Primarja, Birkirkara.
L-Erbgħa 15 ta’ Mejju, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq it-300 sena mill-mewt ta’ San Ġwann Battista De La Salle, fil-Kulleġġ De La Salle, il-Birgu.
L-Erbgħa 22 ta’ Mejju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’San Miguel Primary Education Resource Centre, Pembroke, li matulha jamministra s-Sagrament tal-Griżma u jagħti l-Ewwel Tqarbina.
Is-Sibt 25 ta’ Mejju, fl-4:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti fil-Parroċċa San Franġisk ta’ Assisi, il-Qawra.
Il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ibierek l-istudios il-ġodda ta’ Radju Marija, ir-Rabat.