-
Il‑Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Charles de Foucauld, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 3 ta’ Diċembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa tal‑Mosta.
Il‑Ħadd 4 ta’ Diċembru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Ħal Lija.
It‑Tnejn 5 ta’ Diċembru, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑Iskola Nazzjonali tal‑Isports, waqt żjara fl‑iskola, f’Pembroke.
It‑Tlieta 6 ta’ Diċembru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Milied mal‑istudenti tal‑Iskejjel tal‑Knisja u tal-Istat, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 10 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑familji, organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u l‑GRUFAN, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 11 ta’ Diċembru, fit‑8:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑taqsima tan‑nisa fil‑Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Marsaxlokk.
Il‑Ġimgħa 23 ta’ Diċembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa tal‑Fgura.
Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru, fil‑11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 25 ta’ Diċembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 31 ta’ Diċembru, fis‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.