-
Illum, il-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju 2015, fis-6.00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħatra tal-Kappillan tal-Imġarr, Mons. Kalċidon Vassallo. Wara mument ta’ talb fil-Knisja taż-Żebbiegħ, jitlaq korteo għall-Knisja Parrokkjali. Il-Quddiesa tibda fis-7.00 p.m.
Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Mejju, fil-10:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-ewwel Quddiesa solenni bħala Arċisqof ta’ Malta fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.
It-Tlieta, 5 ta’ Mejju, fis-6.30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara.
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Mejju, fil-11.30 a.m., fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna ta’ Pompei, Monsinjur Arċisqof jirreċita s-supplika u jiċċelebra l-Quddiesa fil-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta. Fis-6.00 p.m. imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa fir-raħal ta’ Marsaxlokk.
Is-Sibt, 9 ta’ Mejju, festa ta’ San Ġorġ Preca, Monsinjur Arċisqof ibierek l-uffiċċju parrokkjali tas-Swatar u jiċċelebra Quddiesa.
Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju, fil-11 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Ewkaristija mal-komunità Taljana f’Malta, fil-Knisja ta’ Santa Caterina d’Italia, il-Belt Valletta. Fil-5.30 p.m., l-Arċisqof imexxi l-professjoni solenni ta’ Sr M. Liliana fil-monasteru tas-Sorijiet Klarissi, San Ġiljan.
Il-Ħamis, 14 ta’ Mejju, fis-7.00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l-ministeru tal-lettorat lis-seminaristi, fil-parroċċa tal-Iklin.
Il-Ġimgħa, 15 ta’ Mejju, fis-6.30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, fl-okkażjoni tal-wasla tal-urna ta’ San Ġwann Bosco.
Il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju, fit-8.30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa maż-żgħażagħ tal-parroċċa ta’ Wied il-Għajn.
Il-Ħadd, 24 ta’ Mejju, fid-9.15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-solennità ta’ Għid il-Ħamsin, u jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti tal-parroċċi tal-Belt, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fl-4.00 p.m., jiċċelebra s-sagrament tal-Konfermazzjoni fil-parroċċa tal-Ibraġġ.
Is-Sibt, 30 ta’ Mejju, fl-4.00 p.m., Monsinjur Charles J. Scicluna jiċċelebra s-sagrament tal-Konfermazzjoni fil-parroċċa tal-Qawra.
Il-Ħadd, 31 ta’ Mejju, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-professjoni solenni ta’ numru ta’ sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, fil-knisja ta’ San Franġisk, Villambrosa, Ħamrun