Mill‑Erbgħa 4 ta’ Mejju sal‑Ħamis 12 ta’ Mejju 2016, Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi pellegrinaġġ fl‑Art Imqaddsa.
Il‑Ħadd 15 ta’ Mejju, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tas‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin u jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑
Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta. Dakinhar stess, fin‑12:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑membri tal‑
Catenian Association, fil‑Katidral tal‑Imdina.
It‑Tnejn 16 ta’ Mejju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jżur l‑anzjani fir‑residenza Central Home, il‑Mosta. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiltaqa’ mas‑seminaristi u jiċċelebra Quddiesa fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.
Il‑Ġimgħa 20 ta’ Mejju, fil‑11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fl‑iskola ‘Little Angels School’, Birkirkara.
Il‑Ħadd 22 ta’ Mejju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jżur il‑morda u l‑anzjani fir‑residenza San Vinċenz de Paule, il‑Marsa.
Il‑Ġimgħa 27 ta’ Mejju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa tal‑Iklin. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq Radju Marija.
Is‑Sibt 28 ta’ Mejju, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jikkonsagra l‑artal il‑ġdid tal‑Oratorju tas‑Socjetà Missjunarja ta’ San Pawl (l‑M.S.S.P.), Birkirkara.
Il‑Ħadd 29 ta’ Mejju, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u wara jmexxi purċissjoni qasira bl‑Ewkaristija mat‑toroq tal‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑
Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta u fuq Radju Marija. Fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Girgor, Tas‑Sliema.
It‑Tlieta 31 ta’ Mejju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità Titulari u l‑200 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Knisja bħala Bażilika minuri, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta.