-
Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru 2015, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jieħu sehem fil-Quddiesa tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur George Bugeja. Ir-rit liturġiku ser isir fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex.
Il-Ħadd 6 ta’ Settembru, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinseġ il-Paniġierku fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.
It-Tnejn 7 ta’ Settembru, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-patrijiet Frangiskani Konventwali fl-okkażjoni tal-Kapitlu Provinċjali. Fis-7:30 p.m. jiċċelebra Quddiesa lejliet il-festa tal-Vitorja, fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa.
It-Tlieta 8 ta’ Settembru, fid-9:15 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Solenni fl-okkażjoni tal-festa tat-Twelid ta’ Marija, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fis-6:00 p.m. Mons. Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Professjoni Perpetwa ta’ Sorjiet Franġiskani, fil-Parroċċa ta’ Lourdes, San Ġwann.
L-Erbgħa 9 ta’ Settembru, fis-7:00 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkazjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Fergħa Ewkaristika fil-Marsa. Il-Quddiesa se ssir fiċ-Ċentru tal-Fergħa Ewkaristika.
It-Tnejn 14 ta’ Settembru, fis-7:30 p.m., l-Arċisqof jikkonċelebra Quddiesa flimkien mal-Kardinal Turkson, fl-okkazjoni tat-30 anniversarju mit-twaqqif tal-Institute for World Evangelisation – ICPE Mission. Il-Quddiesa se ssir fil-Knisja ta’ San Franġisk, Birkirkara.
L-Erbgħa 16 ta’ Settembru, fis-7:00 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-ICPE Leaders, fiċ-Ċentru ĊAK, Birkirkara.
Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru, fis-6:00 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
It-Tnejn 21 ta’ Settembru, fl-10:00 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Solenni fl-okkażjoni tal-festa tal-Indipendenza, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Is-Sibt 26 ta’ Settembru, fil-5:30 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju minn meta l-abbatini Maltin bdew imorru l-Vatikan biex joffru servizz, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ħadd 27 ta’ Settembru, fil-5:15 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Joe Mizzi bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz, il-Birgu.
It-Tlieta 29 ta’ Settembru, fil-11 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-54 sena anniversarju tal-Awtorita’ tax-Xandir, fl-uffiċċji tagħhom, il-Ħamrun.
L-Erbgħa 30 ta’ Settembru, fl-10:00 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani u l-Morda, fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.