-
Nhar il-Ħamis l-1 t’Ottubru fid-9:00 a.m. Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi, fl-Oratorju tal-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Nhar il-Ġimgħa 2 t’Ottubru fl-10:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istaff tas-Segreterija tal-Edukazzjoni Nisranisja, fil-Kappella tal-Kurja, il-Furjana. Fit-8:00 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal-grupp parrokkjali taż-żgħażagħ, ir-Rabat.
Nhar il-Ħadd 4 t’Ottubru fid-9:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa matul il-kampanja ta’ ġbir għal Angela House, Ta’ Ġieżu, ir-Rabat.
Nhar l-Erbgħa 7 t’Ottubru fl-10:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-170 sena mill-wasla tas-Sorijiet ta’ St Joseph, fil-knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara.
Nhar il-Ġimgħa 9 t’Ottubru fil-11:15 a.m. Monsinjur Arċisqof imexxi Servizz ta’ Talb fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Nhar is-Sibt 10 t’Ottubru fit-3:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Investitura tal-Ordni Kavalleresk tas-Santu Sepulkru, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fl-4:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Marsaxlokk.
Nhar il-Ħadd 11 t’Ottubru fl-10:30 a.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa. Fl-4:00 p.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tal-Isla.
Nhar it-Tnejn 12 t’Ottubru fil-5:00 p.m. Monsinjur Arċisqof jiltaqa’ mas-Seminaristi u jiċċelebra quddiesa magħhom, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.
Nhar il-Ħamis 15 t’Ottubru fis-6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-500 sena mit-twelid ta’ Santa Tereża t’Avila, fil-knisja ta’ Santa Tereża, Bormla.
Nhar il-Ġimgħa 16 t’Ottubru fl-10:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Nhar is-Sibt 17 t’Ottubru fl-4:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tal-Fgura.
Nhar il-Ħadd 18 t’Ottubru fil-11:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Għoti taċ-Ċelibat tad-djakni l-ġodda, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. Fis-6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jmexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-kappillan il-ġdid ta’ Santa Luċija.
Bejn il-Ġimgħa 23 u l-Ħadd 25 t’Ottubru Monsinjur Arċisqof se jkun qed jmexxi rtir lill-membri tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M., f’Tarġa Gap, il-Mosta.
Nhar is-Sibt 24 t’Ottubru fl-4:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Marsaskala.
Nhar il-Ħadd 25 t’Ottubru fl-10:15 a.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi. Fil-5:00 p.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Bormla.
Nhar il-Ġimgħa 30 t’Ottubru fis-6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-Ordinazzjoni tad-Djakonat, fil-Parroċċa ta’ San Bastjan, Ħal Qormi.
Nhar is-Sibt 31 t’Ottubru fis-6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tal-Mosta.