• Ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Re għall-adolexxenti u t-tfal

  • Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2013 saret iċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re għall-adolexxenti bl-isem ‘Meeteen’ fil-Kumpless Ġwanni Pawlu II, fiċ-ċentru parrokkjali ta’ Ħ’Attard. It-tema għal din l-attività kienet ‘Follow Him’, organiżżata miż-ŻAK Siġġiewi li ħejjew programm interattiv għall-adolexxenti ta’ bejn 12 u 16-il sena. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P ħa sehem f’din l-attività u mexxa mument ta’ talb u adorazzjoni. Is-serata inkludiet ukoll mużika live minn RiSe Band. ‘Meeteen’ kien ikkordinat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

  • Is-Sibt 23 ta’ Novembru saret ukoll attività għat-tfal fil-knisja ta’ San Ġiljan ikkordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal, b’Quddiesa li tmexxiet mill-Arċisqof u animata mill-gruppi ta’ tfal minn diversi parroċċi u għaqdiet.

  • Ritratti: Photocity

    ​www.photocitymalta.com