Ħareġ il-kalendarju ta’ attivitajiet li l-Papa Franġisku se jkun qed jieħu sehem fihom matul l-aħħar jiem ta’ Mejju u matul Ġunju u Lulju.
MEJJU
23: 6pm, Professjoni ta’ Fidi mal-Isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Taljana.
26: Solennita tat-Trinita Qaddisa: Żjara pastorali f’parroċċa fid-djoċesi ta’ Ruma, b’quddiesa fid-9.30am
30: Solennita ta’ Corpus Cristi: 7pm Quddiesa fi Piazza San Ġwann Lateran. Purċissjoni lejn Santa Maria Maggiore fejn tingħata l-barka appostolika
31: Il-Papa jippresiedi għeluq ix-xahar ta’ Mejju ddedikat lill-Verġni Marija bit-talba tar-rużarju ma’ dawk kollha miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan
ĠUNJU
2: Id-9 Ħadd ta’ Matul is-Sena: 6pm Adorazzjoni ewkaristika madwar id-dinja kollha mill-Bażilika tal-Vatikan
16: Il-11-il Ħadd ta’ Matul is-Sena: 10.30am Quddiesa li tfakkar il-jum marbut ma’ “Evangelium Vitae” fi Pjazza San Pietru
29: Solennita ta’ San Pietru u San Pawl: 9.30am Quddiesa u l-għoti tal-Pallium lil metropolitani ħodda
LULJU
7: L-14-il Ħadd ta’ Matul is-Sena: 9.30am Quddiesa mas-seminaristi u novizzi fil-Bażilika tal-Vatikan
22-29: Vjaġġ Appostoliku lejn il-Brażil għat-28 Jum Dinji taż-Żgħażagħ