Benedittu XVI beda r-Randan bi żjara fi knisja “Stazzjonali” nhar l-Erbgħa tal-Irmied, fil-Bażilika ta’ Santa Sabina. Il-Papa, li kien assistit mid-djaknu Dumnikan Malti Fr Reno Muscat OP minn Ħal Qormi, mexxa fl-4.30pm talb fil-knisja ta’ Sant’Anselmu, u wara mar proċessjonalment lejn Santa Sabina, fejn iċċelebra l-quddiesa fil-Bażilika.

Il-Kardinali, l-Arċisqfijiet, l-Isqifijiet, il-Patrijiet Benedittini ta’ Sant’Alsemu, il-Patrijiet Dumnikani ta’ Santa Sabina u xi fidili devoti ħadu sehem fil-proċessjoni. Fi tmiem il-proċessjoni, saret iċ-ċelebrazzjoni tal-liturġija, bir-rit tal-barka u bit-tqegħid tal-irmied.

AGĦFAS HAWN biex tkompli taqra dan l-artiklu fuq is-sit www.il-gensillum.com