Nhar l-Erbgħa 17 t’April 2013, bdew l-ewwel parti tad-Djalogi fl-Imdina, bejn arċisqof Pawl Cremona u ż-żgħażagħ ġewwa l-Pjazza ta’ San Pawl, l-Imdina. Aktar minn 150 persuna ipparteċipaw f’serata ta’ animazzjoni u konverżazzjoni f’abmjent li nħoloq apposta għall-okkażjoni quddiem il-Kattidral ta’ San Pawl.
Id-Djalogi fl-Imdina qed jittellgħu fuq żewġ serati, li jġib flimkien liż-żgħażagħ u lill-arċisqof għal siegħa ta’ skambju. It-tieni serata se tkun nhar l-Erbgħa 24 ta’ April, mis-7:30pm sa 8:30pm. L-arċisqof qiegħed jistieden liż-żgħażagħ kollha.
L-inizzjattiva qed tiġi organiżżata minn LinkYouths bil-kollaborazzjoni ta’ G7.30, Y4J, il-Moviment tal-Fokolare, u Connections. Id-Djalogi fl-Imdina huma kkordinati mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Aktar dettalji fuq www.kdz.org.mt.