Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Frar 2022, fis-6pm, se ssir taħdita pubblika minn Joseph Buttigieg bl-isem ‘Dun Ġorġ żarmat fi kliem: L-analiżi lessikali bħala għodda ta’ interpretazzjoni’.

Din it-taħdita, li qed issir mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u s-Soċjetà tal-MUSEUM, hi bbażata fuq ir-riċerka li Buttigieg għamel għat-teżi tal-Masters tiegħu fil-Lingwistika Maltija u li tmexxiet minn Dr Michael Spagnol.

It-taħdita hi miftuħa għal kulħadd u se ssir fl-Awditorju tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM, il-Blata l-Bajda, maġenb il-Kappella ta’ San Ġorġ Preca.