“It-tfal mhumiex attrazzjoni turistika” – dikjarazzjoni tan-network tal-Italja, il-Ġermanja, l-Olanda, l-Awstrija u l-Estonja kontra t-turiżmu sesswali għad-detriment tal-minuri. Dan sar permezz ta’ appell imnedi minn spot pubbliċitarju trasmess u mxandar fuq għadd ta’ stazzjonijiet televiżivi u tar-radju rispettivament fl-Italja kollha.
“Hemm ħafna raġunijiet għalxiex wieħed għandu jivjaġġa lejn ir-Repubblika Domenikana, il-Kenya, Costa Rica, l-Afrika t’Isfel, l-Indja u l-Filippini”, qal l-attur Arnoldo Foa fl-ispot. Qal ukoll li waħda mir-raġunijiet m’għandhiex tkun l-isfruttar fuq il-minorenni bis-sess.
L-ispot hu parti minn proġett iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea fid-difiża tat-tfal f’pajjiżi fejn ir-riskji ta’ sfruttar huma għolja. Il-proġett li jintemm fl-2011, jinkludi taħrġ kontinwu permezz ta’ inizjattivi għall-istudenti ta’ istituti tekniċi fit-turiżmu, kif ukoll laqgħat mal-partijiet konċernati.
ECPAT tfakkar li f’Costa Rica, minn 100 tifel u tifla intervistati fil-kapitali San Jose, 38% kellhom barrani bħala l-aħħar persuna li qdew sesswalment. Fl-2002, stħarriġ ieħor f’Costa Rica wera li l-maġġoranza assoluta ta’ ‘turisti’ għas-sess mat-tfal, kienu rġiel, ta’ madwar 40 sena u li ġew mill-Istati Unit ital-Amerika, mill-Italja, mill-Kanada u mill-Ġermanja. Destinazzjonijiet favorite mat-Taljani huma r-Repubblika Domenikana, il-Kenja, it-Tajlandja u l-Brażil. Aktar informazzjoni hi aċċessibbli fuq www.viaggidanonfare.org