Edizzjoni specjali ta’ Qalbinies minn Ruma nhar it-Tnejn 30 ta’ Jannar fuq TVM (9:45 p.m.).
Il-prezentatrici Josianne Camilleri, f’isem l-inewsroom ta’ radju RTK, tiltaqa’ ma’ Patri Prospero Grech O.S.A., li ser jinħatar kardinal mill-Papa Benedittu XVI fil-Konċistorju tat-18 ta’ Frar. Il-crew ta’ Qalbinnies qatta’ ftit jiem fil-Kunvent tal-Agostinjani f’Ruma biex insiru nafu iktar min hu dan il-patri tant maħbub. Nisimgħu dwar uħud mill-esperjenzi tiegħu u niskopru l-kwalitajiet li wasslu l-Papa biex jaħtru Kardinal. Nisimgħu ukoll x’jgħidu dwaru sħabu u l-istudenti tiegħu. Qalbinnies jinkludi ir-reazzjonijiet tal-Arċisqof Pawlu Cremona u l-Provinċjal tal-Agostinjani f’Malta, Fr Emmanuel Borg Bonello O.S.A. Dan il-programm qed jitwassal bil-kollaborazzjoni ta’ Radju RTK.