Nhar il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010, il-Papa Benedittu XVI iċċelebra Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana. Minkejja li kmieni filgħodu ħareġ temp mdallam, eluf ta’ Maltin u Għawdxin ħarġu bi ħġarhom biex isegwu ċ-ċerimonja. Matul il-Quddies il-Papa ġie mogħti rigal, abbozz ta’ Kristu Re. Fl-omelija tiegħu il-Papa reġa wera l-ferħ tiegħu li jinsab fost il-Maltin, li huwa poplu ħerqan li jilqa’ u jitgħallem minn dawk kolla li żaru din il-gżira. Dan huwa espress ferm fil-mod tal-għajxien tal-Maltin. L-Papa Benedittu kompla billi saħaq li wieħed għandu jiftakar li Alla huwa t-triq tal-verita’ u l-ħajja u biH biss tista’ tinkiseb il-Ħajja ta’ dejjem.
Għall-omelija sħiħa tal-Papa Benedittu fuq il-Fosos tal-Furjana żur is-sit: www.popemalta.org