A day in Assisi commemorating the interreligious meeting by Pope John Paul II in October 27, 1986

Konferenza tal-aħbarijiet tat dettalji tal-avveniment ta’ ġurnata ta’ riflessjoni, djalogu u talb għall-paċi u l-ġustizzja fid-dinja – Pilgrims of Truth, Pilgrims of Peace – li se jsir f’Assisi nhar is-27 ta’ dan ix-xahar t’Ottubru.

Billi sejjaħ l-avveniment ‘Ġurnata f’Assisi’, il-Papa Benedittu XVI qal li jixtieq ifakkar il-25 anniversarju tal-laqgħa storika li saret hemm mill-Papa predeċessur tiegħu, Ġwanni Pawlu II, fl-1986. Il-Kardinal Turkson qal li “id-dinja llum, bħal 25 sena ilu, teħtieġ il-paċi. Wara iktar minn zewġ sekli ta’ kollaborazzjoni u xhieda konġunta fost ir-reliġjonijiet, wasal iz-zmien li jsir assessjar u jitnieda impenn imġedded quddiem l-isfidi l-ġodda, li jiġbru saħansitra l-krizi ekonomika u finanzjarja li qed ittul iktar milli kien mistenni; il-krizi f’istituzzjonijiet demokratiċi u soċjali; il-problemi ambjentali u fil-qasam tal-ikel; il-faqar u l-ġuħ; it-terrorizmu internazzjonali u d-dikriminazzjoni reliġjuza, fost ħafna oħrajn.
“Il-vjaġġ tar-reliġjonijiet lejn il-ġustizzja u l-paċi għandu jkun ikkaratterizzat minn tiftixa konġunta għall-verita. Għalhekk l-inizjattiva 2011 f’Assisi għandu wieħed iħares lejha bħala pellegrinaġġ”.

Ħarsa lejn il-programm fil-ġurnata tal-avveniment… għadd ta’ delegazzjonijiet se jħallu Ruma akkumpanjati mill-Papa. Mal-wasla f’Assisi, imorru lkoll lejn il-Bazilika ta’ Santa Marija tal-Anġli. Hemm il-Papa jfakkar f’avvenimenti simili tal-passat u jelabora fuq it-tema magħzula għall-ġurnata.

Wara nofsinhar imbagħad isir pellegrinaġġ lejn il-Bazilika ta’ San Franġisk fejn kulħadd jagħmel tiġdid tal-impenn konġunt għall-paċi. Rapprezentati f’Assisi se jkunu aktar minn 50 pajjiz, li minbarra minn għadd ta’ pajjizi Ewropej u Amerikani, jinkludu l-Eġittu, Israel, il-Pakistan, il-Ġordan, l-Iran, l-Arabja Sawdita u l-Filippini.