Nhar it-8 ta’ Diċembru 2016, f’jum il-Festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni, ser issir purċissjoni bil-kwadru tal-Madonna ta’ Caraffa, li tinsab meqjuma fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta. Il-Programm huwa kif ġej:
Mit-Tnejn 5 ta’ Diċembru sal-Erbgħa 7 ta’ Diċembru:
8.00 a.m.: Rużarju Meditat u wara Quddiesa
Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru:
8.30 a.m. – Quddiesa
11.00 a.m. – Quddiesa
4.00 p.m. – Kant tat-talba ta’ Filgħaxija (Għasar), u wara Purċissjoni bl-ikona tal-Madonna ta’ Caraffa.
Il-Purċissjoni titlaq mill-Konkatidral sa Triq il-Merkanti, tgħaddi mill-Pjazza Jean de Valette u lura minn Triq il-Merkanti.
5.30 p.m. – Quddiesa