Il-Papa Benedittu XVI qed jiddedika x-xahar ta’ Frar għat-talb għall-familja.
L-Appostolatura ta’ Talb ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa għax-xahar ta’ Frar. Bħal kull xahar, il-Kap tal-Knisja Kattolaik jagħżel l-intenzjoni ġenerali tiegħu, li dax-xahar se tkun iffukata fuq il-familja. Qed jitlob “sabiex kulħadd jirrispetta l-familja u jirrikonoxxiha għall-kontribuzzjoni unika tagħha fil-progress tas-soċjeta”.
Il-Papa għażel bħas-soltu l-intenzjoni missjunarja tiegħu. Dax-xahar qed jitlob biex “il-komunitajiet insara jagħtu xiehda għall-preżenza ta’ Ġesu fil-qadi ta’ dawk li jsofru minn mard fit-territorji missjunarji fejn il-ġlieda kontra l-mard hi ta’ priorita”.