Il-grupp taż-żgħażagħ Link, tal-parroċċa ta’ Hal Qormi San Ġorġ, ser jorganizza seminar nazzjonali bit-tema: Familja: Diversita`, Sforz u Sagrifiċċju? Din l-attivita, li qed titellgħa bl-għajnuna tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ u l-Kummissjoni Djoċesana Familja, qed tkun organizzata bl-iskop, biex iz-żgħażagħ, li ħafna drabi jisimgħu biss fuq in-negattivita tal-familja nuruhom realta oħra, ħafna aktar posittiva min dak li qed jingħad fl-ambjenti fejn huma jiffrekwentaw.

Dan ser isir is-Sibt 12 ta’ Frar 2011, fis-sala taċĊAK, B’ Kara, mid-9.00am sas-1.30pm u ġħalih huma mistiedna li jipparteċipaw dawk iż-żgħażagħ u adulti li għandhom min tmintax sa ħamsa u tletin sena.

Is-seminar, se jkun mqassam f’ żewġ taqsimiet: Fl-ewwel parti se jsiru żewġ interventi; waħda min Fr Brendan Mark Gatt, li ser jippreżenta kif il-Knisja tħares lejn il-familja u preżentazzjoni oħra mħejjija min Dr Rita Borg Xuereb li ser titkellem min Familja b’saħħitha li tibni Soċjeta’ b’saħħitha.

Fl-aħħar parti tas-seminar, il-parteċipanti, ser jitqassmu fi gruppi differenti għad-diskussjoni, biex b’hekk kulħadd jingħata ċans li jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq is-suġġett. Fl-aħħar nikkonkludu b’ messaġġ mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. li se jkun magħna għal dan is-seminar.

Dawk li jixtiequ jattendu għal dan is-seminar, huma mitluba biex jirregistraw sal- Ħamis 10 ta’ Frar 2011. Ir-reġistrazzjoni tista’ issir online minn fuq is-sit eletroniku tagħna: www.linkyouths.org

Nitlobkom, biex tħeġġu lil sħabkom u l-membri tal-għaqdiet taż-żgħażagħ tagħkom biex jattendu.