Fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi u f’Bay Street, San Ġiljan, fi tmiem din il-ġimgħa qed isiru żewġ attivitajiet li l-għan aħħari tagħhom hu li jinġabru fondi b’risq l-oħrajn.

Ilum is-Sibt u għada l-Ħadd il-Bank APS qed jorganizza ‘Family Fest’ f’Bay Street biex jinġabru fondi b’risq il-kampanja ‘RTK4Charity’, Dar Sagra Familja.

“Kburin ħafna li qed inkunu assoċjati mal-Bank APS u ma’ din l-attività għall-familja kollha,” qalet Julie Roberts, il-maniġer tal-operat ta’ Bay Street, li rringrazzjat lid-diversi ħwienet f’Bay Street li pprovdew rigali oħra għall-pubbliku. Noel McCarthy, il-Kap tal-Finanzi u l-Istrateġija Korporattiva tal-APS Bank, irringrazzja wkoll lil Bay Street u lill-‘RTK4Charity’ għall-appoġġ tagħhom.

‘Family Fest’ se tkun tinkludi 35 siegħa ta’ static cycling, logħob għal kulħadd, arts & crafts, wirja ta’ arti marzjali, ġinnastika u wirja ta’ fotografija. Se jieħdu sehem ukoll il-Greenfields, il-Band Salt u l-Ħadd Freddie Portelli jagħlaq is-serata.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com