“Opportunita għal dibattitu politiku” u “ċans għal skambju ħaj ta’ ideat fuq kwistjonijiet topiċi” f’rabta mal-integrazzjoni Ewropea. Dawn il-frażijiet esprimihom Jose Manuel Barroso biex jiddeskrivi l-ewwel mument ta’ interpellanzi fl-istorja tal-Parlament Ewropew.
Il-proċedura ttestjata għall-ewwel darba llum, ssarrfet f’mistoqsijiet mill-mexxejja tal-partiti lill-President tal-Kummisjoni Ewropea fl-ewwel nofs siegħa. Imbagħad, kwalunkwe membru parlamentari Ewropew ikun jista’ jistaqsi mistoqsijiet fuq kwistjonijiet preċedenti, sabiex il-kap tal-Eżekuttiv tal-UE iħejji risposta.
Fost oħrajn tqajmu mistoqsijiet dwar l-infurzar tat-Trattat ta’ Lisbona u l-ħatra tal-Kummissjoni fil-futur. Saret pressjoni wkoll dwar il-problema tal-qgħad u saru wkoll mistoqsijiet oħra li messew saħansitra d-drittijiet umani u d-demokrazija fl-Ungerija.