Il-linji gwida ppubblikati llum mill-Prosekutur Pubbliku Keir Starmer dwar it-tiswir tal-liġi fuq id-dritt għall-ħajja “idgħajfu l-battalja kontra li wieħed jikkommetti suwiċidju assistit”. Dan iddikjarah is-Segretarju Ġenerali tas-Soċjeta għall-Protezzjoni tat-tfal mhux imwielda, Paul Tully. Din is-Soċjeta titqies bħala waħda mill-iktar assoċjazzjonijiet favur il-ħajja li hi importanti.
“Bħala stat ta’ fatt, ir-regola l-ġdida ma ħallietx krimini is-suwiċidju assistit, u dan f’għadd ta’ ċirkostanzi”, kompla jispjega Tully. “Il-punt tat-tluq ta’ dawn il-linjigwida l-ġodda jinsab propju fir-rieda ta’ persuna li tikkommetti suwiċidju li għandu jkun rispettat. Għall-kuntrarju, persuna li tkun tixtieq tikkommetti suwiċidju, għandha tingħata l-għajnuna biex tibqa’ tgħix u mhux biex tmut. Din il-konċessjoni skont ir-rieda tal-vittma li jmut hi l-iktar waħda li ħadmu biex jakkwistaw dawk kollha fil-lobby favur l-ewtanasja.”
Skont is-Segretarju Ġenerali, “il-fatt li l-Prosekutur Pubbliku ma semax il-ħafna kummenti kontra l-ewtanasja li ngħataw fil-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, hu ta’ tħassib qawwi”. Il-linji gwida ġodda kienu ppubblikati b’reazzjoni għal direzzjoni li ta l-Parlament Ingliż favur Debbie Purdy, milquta minn sklerożi mutipla li staqsiet jekk żewġha jitressaqx il-qorti jekk jassistiha tmut.