Ritratt: Kunsill Lokali Sliema

Niċċa tad-Duluri ferm meqjuma f’Tas-Sliema ġarrbet ħsarat kunsiderevoli meta twaqqa’ l-ħajt li ilha snin twal fuqu. Hekk kif ġara dan l-inċident inġabru l-partijiet kollha tan-niċċa u ttieħdet għar-restawr.

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kkundanna din il-ħsara fuq il-mezzi soċjali.

Il-Kunsill Lokali esprima diżapprovazzjoni qawwija kontra dan l-att u appella lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni biex dan il-ħajt u n-niċċa titranġa kemm jista’ jkun malajr.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt ikkonfermaw illi l-partijiet tan-niċċa tal-Madonna tad-Duluri nġabret mill-ewwel u ttieħdet għar-restawr minnufih.

Din il-kamra tal-aħbarijiet bagħtet mistoqsijiet lis-Sindku ta’ Tas-Sliema John Pillow iżda s’issa ma rċevejna ebda tweġiba.

Sors: Newsbook.com.mt