L-amministrazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof u l-Union Ħaddiema Magħqudin innegozjaw u kkonkludew Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati lajċi tal-Kurja. Dan il-ftehim ġie ffirmat nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ April, 2013.
Il-Ftehim Kollettiv, li jkopri is-snin 2012 – 2014, ġie iffirmat minn Mons. Anton Portelli, Segretarju Amministrattiv, mis-Sur Ray Bonnici, Property Manager u mis-Sur Richard Saliba, Human Resources Executive, f’isem il-Kurja, u mis-Sur Jesmond Bonello, President tal-Union Ħaddiema Magħqudin u mis-Sur Paul Deguara, Shop Steward, f’isem il-Union.
Il-Ftehim jipprovdi għal kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-ħaddiema, kif ukoll titjib fis-salarji għall-dawk l-impjegati fi gradi li jaqgħu taħt dan il-ftehim.
Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]