• Illejla fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Dakinhar, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Arċipretali, u wara jsir pellegrinaġġ qasir lejn is-Santwarju fejn Monsinjur Arċisqof jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq Radju RTK.