Nhar is-Sibt, 16 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċlebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Mosta. L-Arċisqof inkorpora l-qari tan-nota pastorali dwar iż-Żwieġ u l-Familja mal-omelija speċjali li jagħmel fl-okkażjoni ta’ kull Żjara Pastorali.
L-Arċisqof ħa l-opportunita’ li jfakkar lil dawk kollha preżenti li parroċċa tfisser li l-membri jkunu magħquda flimkien, b’hekk biss tista’ tinbena parroċċa b’saħħitha mibnija fuq il-veri valuri nsara. Huwa stqarr li għandha tinħoloq mentalita’ inklussiva fil-komunita’, fejn il-membri kollha jingħaqdu flimkien f’għan wieħed – dak li jilħqu lil dawk li għadhom mhux membri.
Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Mosta AGĦFAS HAWN.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]