Il-kandidati, flimkien mal-kulturi tagħhom, iltaqgħu flimkien fl-iskola St Michael nhar is-Sibt, 4 ta’ Jannar, 2025, għall-get-together li jsir fil-bidu ta’ kull sena. Il-Kandidati stess ippreparaw din l-attività huma stess.

Fl-ewwel parti, fil-kappella tal-iskola, il-Kandidati rriflettew fuq l-imħabba bla tard li Alla għandu lejn il-bnedmin. Din l-imħabba imbagħad trid tiġi riflessa fl-imħabba lejhom infushom, u eventwalment, fl-imħabba fil-prattika lejn l-oħrajn. Wara tqassmu karti b’sentenzi mill-enċiklika Dilexit Nos ta’ Papa Franġisku u fuqha kitbu proponiment li jixtiequ jgħixu matul is-sena li għadha kif bdiet.

It-tieni parti tal-get-together saret fis-sala tal-iskola fejn il-Kandidati kielu flimkien, u segwew drama umoristika li ppreparaw xi wħud mill-kandidati stess.

Inkomplu nitolbu għall-Kandidati tas-Soċjetà biex il-formazzjoni li qed jirċievu tgħinnhom jagħrfu x’inhi s-sejħa ta’ Alla għalihom.