GĦAŻLIET – It-Tlieta 22 ta’ Novembru 2011 – fuq Education 22, fis-1.30.pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fd-9.00pm, u b’repetizzjoni s-Sibt fl-10.15am
Christine Delicata din il-ġimgħa ser tlaqqagħna ma’ Dr Robert Xuereb li huwa Cardiologist. Għandu ħafna esperjenza fil-qasam tas-saħħa u żgur li din l-intervista ser tkun interessanti ħafna. Ser jintwerew ukoll ritratti li jistgħu jfakkruh f’ċirkustanzi jew episodji fil-ħajja tiegħu.
Għal darb’oħra din il-ġimgħa, Fr Peter Serracino Inglott kiteb skript li jkompli jgħin fid-diskussjoni.
Produzzjoni Eżekuttiva ta’ ĊAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.
GĦAŻLIET – Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2011 – fuq Education 22, fis-1.30pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fid- 9.00pm u l-Ħadd fl-10.15am
Lino Attard nistgħu ngħidu li barra li huwa kantant tal-mużika klassika, huwa wkoll Horoloġista. Jiġifieri wieħed li jifhem u jirranġa u jbiegħ l-arloġġi.
Il-ħin għalih huwa ħajtu – huwa xogħlhu. Ser insiru nafuh aktar permezz ta’ l-intervista ta’ Christine Delicata waqt din l-edizzjoni ta’ Għażliet.
Bniedem interessanti ħafna. L-iskript li kiteb Fr Peter Serracino Inglott għall dan il-programm huwa wkoll differenti u nteressanti.
GĦAŻLIET huwa produzzjoni ta’ CAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.