GĦAŻLIET – It-Tlieta 22 ta’ Novembru 2011 – fuq Education 22,  fis-1.30.pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fd-9.00pm, u b’repetizzjoni s-Sibt fl-10.15am

Christine Delicata din il-ġimgħa ser tlaqqagħna ma’ Dr Robert Xuereb li huwa Cardiologist.  Għandu ħafna esperjenza fil-qasam tas-saħħa u żgur li din l-intervista ser tkun interessanti ħafna.  Ser jintwerew ukoll ritratti li jistgħu jfakkruh f’ċirkustanzi jew episodji fil-ħajja tiegħu.

Għal darb’oħra din il-ġimgħa, Fr Peter Serracino Inglott kiteb skript li jkompli jgħin fid-diskussjoni.

Produzzjoni Eżekuttiva ta’ ĊAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

GĦAŻLIET – Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2011 – fuq Education 22,  fis-1.30pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fid- 9.00pm u l-Ħadd fl-10.15am

Lino Attard nistgħu ngħidu li barra li huwa kantant tal-mużika klassika, huwa wkoll Horoloġista.   Jiġifieri wieħed li jifhem u jirranġa u jbiegħ l-arloġġi.

Il-ħin għalih huwa ħajtu –  huwa xogħlhu.  Ser insiru nafuh aktar permezz ta’ l-intervista ta’ Christine Delicata waqt din l-edizzjoni ta’ Għażliet.

Bniedem interessanti ħafna.  L-iskript li kiteb Fr Peter Serracino Inglott għall dan il-programm huwa wkoll differenti u nteressanti.

GĦAŻLIET huwa produzzjoni ta’ CAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.