GĦAŻLIET – Il-Ħamis – 6.t’Ottubru 2011 – fuq Education 22, fis-1.30.pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fil-11.00pm, u b’repetizzjoni l-Ħadd 9 t’Ottubru 2011 fl-10.15am
F’ dan il-programm Christine ser tlaqqgħana mal-maestro Sigmund Mifsud, isem magħruf sew fil-qasam tal-mużika. Il-Maestro hu wkoll involut ħafna u jgħin ħafna fil-volontarjat. Xi jġiegħel żgħażugħ jgħin u anke jagħmel ħafna sagrifiċċji biex itella’ kunċert b’risq il-karita’?
Minn meta bdiet in-namra tiegħu għall-mużika, tant li mhux biss idoqq xi strumenti mużikali imma anke jidderieġi orkestri kemm f’Malta u anke barra minn Malta? Dan kollu ser iwieġeb għalih waqt li Christine Delicata tkun qed tintervistah waqt il-programm GHAŻLIET li jixxandar mill-istudios taċ-ĊAM Productions international għal Education 22.
Fr Peter Serracino Inglott ukoll bil-pinna esperta tiegħu dejjem jirnexxielu jolqot is-suġġett b’mod fin, li anke l-mistieden ikun jista joħroġ kummenti u reazzjonijiet dwarhom. Produzzjoni ta’ CAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.