GĦAŻLIET – Il-Ħamis 1-12-2011 – fuq Education 22,  fis-1.30pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fid- 9.00pm u l-Ħadd fl-10.15am

Kemm inħobbu verament l-annimali?  Għaliex wara li nkunu tajna pet lit-tfal tagħna, meta jixbgħu minnu jitilquh bl-addoċċ?  Kemm aħna egoisti f’dan ir-rigward?

Għaliex għandna nħobbu l-annimali bħal meta nħobbu lit-tfal tagħna stess?  Huwa possibbli?  U jekk ma nħobbuhomx, allura għandna naħqruhom?  Christine Delicata ser titkellem ma’ esperta f’dan il-qasam peress li tieħu ħsieb ħafna annimali li jiġu abbandunati.  Xi kultant anke għas-spejjes ta’ din il-persuna stess.   Żgur li wara dan il-programm, l-idea tagħna fuq l-annimali ser tinbidel.

GĦAŻLIET huwa produzzjoni ta’ CAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.

SEJJAĦTLI  fuq Favourite TV nhar il-Ħadd 4ta’ Diċembru  2011 bejn 6.30pm u 8pm.

Din il-ġimgħa s-suġġett li ser titratta Joyce Cassar flimkien mal-mistieden residenti Fr Rene’ Camilleri u mistiedna oħra, huwa dak li nsejħulu l-harassment fuq il-post tax-xogħol,  u l-biża’ ta’ telf ta’ impieg jekk wieħed jitkellem.  Sa fejn iwassal biex persuna tissaporti dan kollu?   Għaliex isiru dawn l-affarijiet fuq il-postijiet tax-xogħol?

Persuna biex tmur taħdem u taqla l-ħobża ta’ kuljum tmur għax-xogħol?  U dak kollu li jingħad u jsir huwa kollu Harrassment, jew xi kultant naħsbu li huwa harrasement u ma jkun xejn?

Dan u aktar waqt il-programm SEJJAHTLI  ta’ din il-ġimgħa.

Produzzjoni eżekuttiva ta’ ĊAM Productions internatioal taħt id-direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.