Servizz Ekumeniku 2021, il‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana

Minn għada t-Tlieta, 18 ta’ Jannar 2022, l‑Insara kollha madwar id‑dinja se jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara li se tintemm it-Tlieta, 25 ta’ Jannar. Matul din il-ġimgħa, il-Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku. It-tema ta’ din is-sena hi meħuda mill-Evanġelju skont San Mattew: “Rajna l-kewkba tiegħu tielgħa fil-Lvant, u ġejna nqimuh”(Mt 2:2). Din is-sena, it-tema u l-materjal ta’ talb tħejja mill-Knejjes Insara fil-Lvant Nofsani.

Matul din il-ġimgħa, se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan nhar il‑Ġimgħa, 21 ta’ Jannar, fis‑6:30pm, fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta. Dan se jitmexxa mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi filwaqt li r-riflessjoni biblika se ssir minn Pastor Earl Pingston. Is-servizz ekumeniku se jixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Kulħadd hu mħeġġeġ jitlob għall-għaqda fost l-Insara.