L-Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li attendew għall-Quddies fil-knejjes bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda, tal-koperazzjoni tagħhom fir-rigward tal-miżuri ta’ prevenzjoni biex jipproteġu s-saħħa ta’ kulħadd. Grazzi wkoll lill-voluntiera kollha tal-għajnuna tagħhom.
Fuq Quddies.knisja.mt tistgħu ssibu lista aġġornata tal-ħinijiet tal-Quddies li qed jiġi ċċelebrat fil-parroċċi tagħna, kemm fil-jiem ta’ matul il-ġimgħa, kif ukoll is-Sibt u l-Ħadd li ġej.