Ritratt: Vatican Media

“Il-Papa qatt ma kellu l-intenzjoni li joffendi jew jesprimi lilu nnifsu f’termini omofobiċi, u jitlob apoloġija lil dawk li ħassewhom imweġġgħin mill-użu ta’ terminu, kif irrapportat minn oħrajn.”

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, għamel din l-istqarrija nhar it-Tlieta bi tweġiba għall-mistoqsijiet minn ġurnalisti dwar l-użu ta’ terminu dwar l-ammissjoni ta’ persuni omosesswali fis-seminarju.

“Il-Papa Franġisku hu konxju mill-artikli riċenti dwar konverżazzjoni privata li kellu mal-isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Taljana. Kif tenna f’diversi okkażjonijiet, ‘hemm post għal kulħadd fil-Knisja, għal kulħadd! Ħadd mhu bla siwi; ħadd mhu hemm għalxejn; hemm post għal kulħadd. Hekk kif aħna, kulħadd.’”

Sors: Newsbook.com.mt