“Il-ħidma tal-Knisja Kattolika fl-Afrika biex tidentifika minn fejn qed tibda u tinxtered l-AIDS u biex tieħu ħsieb nies li jgħixu b’dan il-mard, hi ħidma b’rispett sħiħ lejn id-dinjita u l-ħajja ta’ kull persuna, ħidma li turi solidarjeta ma’ kull min hu fil-bżonn.”  Dan qalu l-moderatur tas-Superjuri tal-Ġiżwiti fl-Afrika u l-Madagascar.

Fi stqarrija li tħejjiet għall-kommemorazzjoni tal-Jum Dinji tal-AIDS imfakkar fl-1 ta’ Diċembru, il-Ġiżwita Fratern Masawe qal li “meta l-AIDS bdiet tolqot u tifrex l-għeruq tagħha fl-Afrika 25 sena ilu, ftit kien hemm min irreaġixxa sew. Nies li kienu pożittivi għall-AIDS jew sofref minnha, kien faċli li jispiċċaw kundannati, tifjutati, emarġinati jew saħansitra meqjusa daqslikieku mietu”.

Tul is-snin, aġenziji kattoliċi, inkluż in-Network Ġiżwita dwar l-AIDS fl-Afrika, ħadmu fil-prevenzjoni mit-tixrid tal-AIDS, ħadmu wkoll għad-difiża tad-dinjita ta’ dawk pożittivi bl-AIDS u anki offrew trattament mediku u assistenza oħra lil dawk milquta.

“Hu ferm importanti għall-Knisja li twassal il-messaġġ tagħha favur il-ħajja llum  bl-aqwa mod possibbli lil kulħadd. L-astinenza u l-fedelta mhux biss huma l-aqwa meżżi biex wieħed jevita l-HIV u l-AIDS, imma huma it-triq lejn il-qofol real ital-persuna sħiħa”, temm jgħid Fr Masawe fl-istqarrija.