Jiem wara li il-President tal-Honduras Manuel Zelaya tnehha mill-kariga tieghu u rritorna bil-mohbi lejn il-pajjiz, jezistu sinjali li l-mexxejja li keccewh qed jikkunsidraw xi forma ta’ negozjati. Fl-istess waqt il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li l-Vatikan jista’ jkun li jghin fil-medjazzjoni bil-ghan li tinstab soluzzjoni ghall-krizi ezistenti.
L-Isqof Awziljarju Juan Pineda Fasquelle ta’ Tegucigalpa tkellem maz-zewg partijiet koncernati fit-tali sitwazzjoni politika, fejn ma tidher li tista’ tintlehaq l-ebda soluzzjoni. L-Isqof zar lil Zelaya u lil Roberto Marchetti, li jmexxi l-Gvern de-facto li kecca lil Zelaya fit-28 ta’ Gunju li ghadda. Hekk kif halla l-ambaxxata Braziljana, fejn Zelaya sab refugju wara li rritona l-Honduras fil-21 ta’ dax-xahar, l-Isqof Pineda qal lill-mezzi tal-istampa li jittama li z-zjara tkun l-ewwel pass lejn djalogu.
Id-direttur tar-Radju Progreso, il-Patri Gizwita Ismael Moreno, sejjah l-ahhar zviluppi sinjali ta’ tama ghal kisba ta’ xi soluzzjoni ta’ dan l-impass politiku ta’ tliet xhur shah. L-inizjattivi bdew wara jiem shah ta’ protesti, fejn mill-inqas kienet irrappurtata mewt u diversi kazi ta’ persuni midruba.