• *

      Direttur: Steve Pink
      Atturi: Rob Corddry, Craig Robinson, Clark Duke, Adam Scott, Chevy Chase, Collette Wolfe, Gillian Jacobs, Christine Bentley u Kellee Stewart
      Ħin tal-Film: 93 min.
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 18

      Wara ħames snin minn mindu dehru fuq il-liżar taċ-ċinema, Lou Dorchen, it-tfel  Jacob u l-ħabibtu antik, Nick Webber għexu ħajja li waslithom għal fama iżda fl-istess waqt dejjem f’sitwazzjonjiet  li żammew l-istima tagħhom. Lou kien jiftaħar bis-safar li kien jagħmel ma’ Brad li kien iħaddem, waqt li l-mara ta’ Nick, Courteny, kontinwament kienet tgerger fuqu rigward il-ħajja bla kont li kien igħix. Jacob minnaħa tiegħu kien jobgħod lil  Lou. Jum wieħed Lou  jorganizza riċeviment. Gary Winkle, li darba kien sieħbu fl-iskola offrilu biċċa art u anke sforza lil Jacob li jagħmilha ta’ Butler. F’inċident Lou jisfa’ midrub fil-parti ta’ fuq ta’ riġlejh minn xi ħadd mhux magħruf  li sparalhu biex joqtlu.  Lou  jitlob lil Jacob u lil Nick  biex jeħduh fil-banju jagħli li kien iservi ta’ magna ta’ żmien  biex forsi jirnexielhu jwaqqaf  dak li pprova joqtlu. Meta dawn jerġgħu jqumu, ssibu ruħhom għaxar snin mhux fil-passat iżda fil-futur. Hawn jindunaw li wara kollox dak li seħħ kien fil-futur. Ikun hawn li ssibu d-dar tal-ħabib antik tagħhom Adam Yates li fil-fatt jibdew jissuspettaw li kien hu li pprova joqtol lil Lou hekk kif innutaw li maġemb il-banju kien hemm il-kowt tiegħu.  Hawn jiltaqgħu wkoll mat-tifel ta’ Adam Yates u jispjegawlu l-qagħda. Ikollhom ukoll esperjenzi oħra bħal logħba għal fuq it-telviżjoni fejn dawk preżenti kienu jivvutaw biex iġagħlu dawk li kienu qegħdin jieħdu sehem biex jagħmlu xi ħaġa stupida. Lou ikollu ċans li jinnomina lil Nick biex jidħol għal din il-logħba. Sadanittant x’jiġri? Tgħid  isiru jafu min kien li għamel l-attentat fuq hajjet Lou?

      Film bi storja fqira u stupida, b’ċajt zforzat u bla sens. Minħabba  vjolenza, mġieba  xejn koretta, kliem baxx u pervers kif ukoll użu ta’ droga, jitlob li l-film jarawh il-kbar biss.