Waqt il-quddiesa qatt waqaft taħseb fuq is-sinifikat tat-Tieni Qari? Dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna se jispjega fi ftit minuti t-Tieni Qari li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.


It-Tieni Qari għall-Ewwel Ħadd: Rumani 10:8-13

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

Imma xi tgħid l-Iskrittura? “Il-kelma qiegħda ħdejk, f’fommok u f’qalbek”; jiġifieri, il-kelma tal-fidi li aħna nxandru. Għax jekk inti tistqarr b’fommok, “Ġesù hu l-Mulej”, u temmen b’qalbek li Alla qajmu mill-imwiet, inti ssalva. Wieħed jemmen f’qalbu biex ikollu l-ġustizzja u jistqarr b’xufftejh biex ikollu s-salvazzjoni.