Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Il‑Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata Quddiesa milll-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din il‑Quddiesa tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑Quddies f’dawn il‑knejjes:

Is‑Sibt 1 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jiġi kkonsagrat l‑artal il‑ġdid, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru tal‑Ktajjen, Birżebbuġa.

Il‑Ħadd 2 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament
tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke.

It‑Tnejn 3 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tas‑Salvatur, Ħal Lija.

It‑Tlieta 4 ta’ Awwissu, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa
mit‑Tribunal Ekkleżjastiku, il‑Belt Valletta. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM2. Fis‑6:30 p.m., jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tas‑Salvatur, Ħal Lija.

Il‑Ħamis 6 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tas‑Salvatur, fil‑Knisja Parrokkjali, Ħal Lija.

Is‑Sibt 8 ta’ Awwissu, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ San Duminku fil‑bidu tat‑800 anniversarju mill‑mewt tal‑qaddis, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Portu Salvu (San Duminku), il‑Belt Valletta. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM2 u Knisja.mt.

Il‑Ħadd 9 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke.

Is‑Sibt 15 ta’ Awwissu, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM2 u Knisja.mt. Fis-7:00 p.m., jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fil‑Bażilika Minuri, il‑Mosta.

Il‑Ġimgħa 21 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa.

Is‑Sibt 22 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Leonardu, fil‑Knisja Parrokkjali, Ħal Kirkop.

Il‑Ħadd 23 ta’ Awwissu, fil-5:30 p.m., jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ San Publju, fil‑Knisja Arċipretali ta’ San Publju, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa jinawgura l‑pittura tal‑apside tal‑Kappellun tal‑Madonna tar‑Rużarju fl‑istess knisja.

Il‑Ġimgħa 28 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa.

Is‑Sibt 29 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament
tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann tas‑Salib, Ta’ Xbiex.