Ritratt: Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra dwan iċ‑ċelebrazzjonijiet f’dawn il‑ġranet:

L-Erbgħa 1 ta’ Jannar, fid‑9:30am, f’Jum il‑Paċi, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Omm Alla fil‑Kappella tad‑Dar tal‑Providenza fis‑Siġġiewi, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.

Is‑Sibt 4 ta’ Jannar, fis‑5:45pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall‑koppji li żżewġu matul l‑2024, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.

Il‑Ħadd 5 ta’ Jannar, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑Epifanija tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103. Fil‑5pm jiġi ċċelebrat il‑Ġublew tat‑Tfal li matulu l‑Arċisqof se jiċċelebra quddiesa fil‑Bażilika ta’ Santa Marija fil‑Mosta.

Il‑Ħadd 12 ta’ Jannar, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja ta’ San Martin ta’ Tours fil‑Baħrija, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.

Il‑Ħadd 19 ta’ Jannar, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappellatal‑Qalb ta’ Ġesùf’St Michael Hospice f’Santa Venera, u wara jinawgura l‑binja li ngħatat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta lil Hospice Malta sabiex tkompli tipprovdi kura paljattiva komprensiva. Il‑quddiesa u l‑inawgurazzjoni se jixxandru fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.

Il‑Ġimgħa 24 ta’ Jannar, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑60 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, fil‑Kulleġġ fir‑Rabat. Fis‑6:30pm se jiġi ċċelebrat il‑Ġublew tal‑Aħwa Nsara fil‑Knisja Arċipretali tas‑Siġġiewi, b’quddiesa mmexxija mill‑Arċisqof.

Is‑Sibt 25 ta’ Jannar, fis‑6:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑50 anniversarju tal‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu fi Fleur De Lys.

Il‑Ħadd 26 ta’ Jannar, fid‑9:30am, l‑Arċisqof  jiċċelebra quddiesa fil‑Festa tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, li fiha jingħata l‑ministeru tal‑lettorat
lis‑seminarista André Psaila, fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.